The Power Hungry Couple – Malta’ House of Cards?


F’Malta ukoll jidher li ghandna l-verzjoni taghna ta’ House of Cards, b’koppja li l-interess ahhari taghha hu l-poter. Bicca bicca, pass pass. 

F’diversi gurnali fil-gimghat li ghaddew qrajna li Jean Pierre Debono u martu Kristy intefghu b’ruhom u gisimhom wara l-Kandidtat Adrian Delia, bid-deal ikun li Kristy Debono issir il-Vici Kap ta’ Adrian Delia. Sorsi infurmati fil-PN qalulna li din il-mossa urtat bi kbir lil Grupp Parlamentari tal-PN li lkoll jafu li kemm Jean Pierre u Kristy, l-ghan ahhari tieghu mhux l-interess tal-Partit imma l-ambizzjoni personali taghhom. 

Jean Pierre Debono, sa issa huwa l-Assistent Segretarju tal-Partit Nazzjonalista. Ilu jokkupa din il-kariga mill-2008. Huwa l-unika ufficjal tal-Partit Nazzjonalista li baqa fil-kariga wara r-rizultat dizastruz tal-2013. Ghax ghal Jean Pierre ma tezistix responsabilita.

Fl-2013, minkejja li kellu r-responsabilita li jara l-Kumitati Sezzjonali jinghataw direzzjoni u jkunu kkargati ghal Elezzjoni Generali, kien ried jikkontesta l-Elezzjoni u jhalli kollox ghaddej ghal rihu. Il-Kap ta’ dak iz-zmien, Lawrence Gonzi kien tah jaghzel: jew kandidat jew Assistent Segretarju ghax ma riedx li fil-mument l-iktar li jkollok bzonn il-kumitati sezzjonali ma ssibhomx. Jean Pierre kellu jaghzel u minflok harget martu Kristy. 

Filwaqt li fil-Kampanja Elettorali tal-2013 kulhadd kien qed jahdem ghal Kampanja tal-PN, Jean Pierre u l-ufficcju tieghu kienu okkupati jahdmu ghal Kampanja ta’ Kristy. Addio Partit. 

Wara l-elezzjoni tal-2013, l-ufficjali kollha tal-PN irrizenjaw u ma regghux ikkontestaw hlief hu. Minkejja presjonijiet li saru, Simon Busuttil cedielu u hallih ikun ukoll kandidat, bl-Ufficcju tal-Assistent Segretarju Generali kompletament ma jiffunzjonax bil-kumitati sezzjonali mitluqa ghal rihhom. 

Kemm ilu jokkupa l-kariga ta’ Assistent Segretarju Generali, Jean Pierre huwa l-unika persuna li ghandu access ghall-lista tal-kunsilliera li ghandhom dritt ghal vot fl-elezzjoni ta’ Kap. Ukoll hu l-persuna li jiehu hsieb it-tesserament. Is-sorsi komplew li din il-lista hemm dubji kbar fuqha u qed jitqajjmu certu mistoqsijiet, bin-nies vicin il-kampanja ta’ Delia jghidu li din il-lista kienet il-karta biex Delia accetta d-deal ma l-koppja Debono.